Welcome
Merħba
Iċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan huwa mmexxi mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. Il-ħsieb wara dan iċ-Ċentru huwa li joħloq spazju fejn persuni jkunu jistgħu jiġu biex jifhmu aħjar l-għala tal-fidi Nisranija tagħhom, isaħħu aktar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù, kif ukoll jiskopru modi ġodda ta’ talb u jsibu kenn mill-istorbju ta’ ħajja mgħaġġla li ħafna drabi taljenana minn dak li huwa tassew essenzjali.
![Front-05](https://www.ilhaninsamaritan.com/wp-content/uploads/2014/05/front-05-1024x683.jpg)